Tliet persuni ttieħdu l-isptar Mater Dei b’ambulanza wara inċident fi Triq l-Imdina Ħal Qormi matul il-lejl ta’ bejn is-Sibt u l-Ħadd fl-22.45.
Karozza li kienet qed tinstaq fid-direzzjoni ta’ Ħaż-Żebbuġ tilfet il-kontroll u baqgħet dieħla f’arblu. Il-karozza tat-tip Renault Megane kienet misjuqa minn raġel ta’ 55 sena minn Ħal Qormi, fil-karozza kien hemm ukoll mara u tarbija.
Il-kundizzjoni tagħhom għadha mhux magħrufa.