Tarbija mietet wara li tħalliet f’karozza fl-Irlanda fl-iktar ġurnata sħuna tas-sena. It-tarbija ta’ 7 xhur ittieħdet l-isptar fil-villaġġ ta’ Dundrum. Il-Pulizija Irlandiża qalet li marret fuq il-post meta rċeviet telefonata li t-tarbija kienet mitlufa minn sensiha.
Hija ttieħdet permezz ta’ ħelikopter fl-isptar ta’ Limerick iżda ftit tal-ħin wara hija ġiet ċertifikata mejta. Huwa mifhum li t-tarbija kellha tittieħed fi creche l-Ħamis iżda qatt ma waslet.
Missiera mar lura għat-tarbija wara li ħa l-ikla ta’ nofsinhar tiegħu.
Il-Pulizija ddeskriviet dan il-mewt bħala traġedja u li l-każ huwa wieħed sensittiv ħafna. Nies li jafu lill-familja iddeskrivew lil familja bħala waħda popolari fiż-żona u bħala familja ta’ rispett kbir.