Tarbija ta’ seba xhur inqatlet mill-kelb tal-familja tagħha fin-nofs in-nhar tal-Ġermanja.
Il-każ seħħ f’ Bad Koeing mat-tletin mil il-bogħod minn Frankfurt, bil-pulizija għad trid tistabilixxi x’ wassal biex il-kelb attakka lit-tarbija u allegatament gidima f’ rasha.
Il-kelb li r-razza tiegħu tidher waħda mħalta bejn Staffordshire u Boxer, ittieħed f’ santwarju tal-klieb.
Qed jingħad lit-tarbia ngidmet nhar it-Tnejn li għadha u ttieħdet immedjatament l-isptar fejn il-kundizzjoni tagħha qalbet għal waħda stabbli għall-ewwel imma madankollu mietet it-Tnejn filgħaxija.
Dan l-inċident seħħ propju wara ġimgħa li żewġt persuni oħra nqatlu minn kelb fil-Ġermanja. Dawn kienu mara ta’ 52 sena u tifel ta’ 27 sena li nqatlu minn Staffordshire terrier.