F’Kemmuna, tarbija ta’ dsatax-il xahar mir-Repubblika Ċeka ġiet salvata mill-għarqa.
Stqarrija tal-Emergency Response & Rescue Corps (ERRC), ikkonfermat kif voluntiera tagħha assistew lil din it-tarbija li waqgħet fl-ilma mitlufa minn sensiha fil-Blue Lagoon.
Il-voluntiera amministraw ventilazzjonijiet artifiċjali addattati għat-tfal zgħar. Wara li it-tarbija ġiet f’sensiha ittieħdet l-isptar ġenerali t’Għawdex flimkien ma’ ommha.
Minn naħa tagħha l-Pulizija żiedet tgħid li t-tarbija kellha bżonn il-kura anke minħabba li kellha d-deni.