Fil-Mauritius, tfajla ta’ 20 sena ġiet arrestata b’rabta ma’ sejba ta’ tarbija fiż-żibel t’ajruplan.
Huwa mifhum kif it-tfajla weldet it-tarbija, li huwa tifel, waqt titjira.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-każ ġara fl-ewwel jum tas-sena l-ġdida.
It-tarbija nstabet hekk kif l-ajruplan kien qed jiġi ċċekkjat u ndunaw li kien hemm it-toilet paper bid-demm fit-toilet.
It-tfajla suspettata li hija omm it-tarbija ċaħdet li t-tarbija hija tagħha, iżda mit-testijiet li saru fuq it-tfajla rriżulta li hija weldet tarbija.