Koppja li kienet infertili fl-Ukrajina twelditilha tarbija permezz tal-proċess IVF bejn tlett persuni.
Il-gazzetta Ingliża The Times irrappurtat li t-tobba fi Kiev użaw metodu jismu pronuclear transfer. Metodu li ntuża l-ewwel darba fid-dinja. Madanakollu, dan mhux l-ewwel wild li twieled bid-DNA ta’ tlett ġenituri.
Dan hekk kif wild ieħor twieled b’metodu kemmxejn differenti s-sena l-oħra fil-Messiku. It-team fi Kiev iffertilizzaw il-bajda tal-omm mal-isperma tal-partner tagħha.
Il-ġeni mbagħad ikunu trasferieti f’bajda meħuda minn donatur. Il-wild għandu l-identita ġenetika tal-ġenituri, flimkien ma’ ammont żgħir ta’ DNA mit-tieni mara. It-tobba żviluppaw l-IVF bejn tlett persuni biex jgħinu mara li tinsab f’riskju li tgħaddi mard ġenetiku serju lil tarbija b’saħħitha.