Dsatax-il persuna mietu kawża ta’ għargħar li ħakem l-istat ta’ Kentucky fl-Istati Uniti.
Dan il-każ qed jitqies bħala wieħed mill-agħar diżastri naturali li qatt ra dan l-istat f’għexieren ta’ snin.
Il-Gvernatur ta’ Kentucky qal li qed jistenna li n-numru ta’ persuni mejta se jkompli jiżdied, filwaqt li spjega kif hemm bosta djar u negozji mgħarrqa fl-ilma.
Il-President Amerikan Joe Biden iddikjara dan l-għargħar bħala diżastru maġġuri u ordna sabiex il-gvernijiet federali jgħinu f’dan is-salvataġġ.
Fost il-mejta hemm sitt itfal, inkluż tarbija ta’ sena.