Mara ta’ 29 sena qed isoffri minn ġrieħi gravi wara inċident f’Wied il-Għomor, San Ġiljan.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11.00 meta għal xi raġuni vettura tat-tip Peugeot 2008 waqgħet f’wied. Fil-vettura kien hemm tliet Franċiżi, raġel ta’ 33 sena, mara ta’ 29 sena u tarbija ta’ ftit xhur.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-mara l-isptar Mater Dei għall-kura u iktar tard ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar l-inċident għadhom għaddejjin.