Għadd ta’ persuni, fosthom tfal żgħar, ittieħdu l-Isptar Mater Dei għall-kura wara li lbieraħ filgħaxija kienu involuti f’inċident tat-traffiku fi Triq tal-Labour, Ħaż-Żabbar.
Mill-investigazzjonijiet li saru rriżulta li seħħet ħabta bejn karozza misjuqa minn żagħżugħ ta’ 18-il sena residenti Ħ’Attard u karozza oħra misjuqa minn raġel ta’ 54 sena residenti l-Mosta.
Passiġġiera maż-żagħżugħ kien hemm żagħżugħa ta’ 20 sena residenti Bormla u tarbija ta’ 4 xhur.
Fl-inċident intlaqtu ukoll żewġ vetturi oħra li kienu ipparkjati.
F’waħda minnhom kien hemm raġel ta’ 54 sena residenti Ħaż-Żabbar, tifla u tifel ta’ 4 snin u żewġ subien ta’ 9 u 11-il sena.
Minnufih fuq il-post ingħatat l-għajnuna minn tim mediku u membri mid-Dipartiment talProtezzjoni Ċivili.
Il-raġel u t-tfal li kienu f’waħda mill-karozzi pparkjati flimkien mat-tarbija ta’ 4 xhur u x-xufier ta’ 18-il sena ttieħdu l-Isptar Mater Dei.
Aktar tard it-tifel ta’ 4 snin kien iċċertifikat bi ġrieħi gravi filwaqt li l-persuni l-oħra kienu ċċertifikati bi ġrieħi ħfief.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.