Tarbija ta’ 11-il xahar ġie salvat minn taħt it-tifrik ta’ blokka t’appartamenti li ġġarfet fil-jiem li għaddew fil-belt Russa ta’ Magnitogorsk.
It-tifel instab f’sensih iżda jinsab f’kundizzjoni ta’ saħħa mhux daqstant tajba.
Kelliem għall-Ministeru tas-Saħħa fir-Russja saħaq li t-tifel sofra minn ġrieħi f’rasu u għandu xi ksur f’saqajh hekk kif intbagħat f’Moska għall-aktar kura.
Omm it-tifel ukoll salvat minn din it-traġedja li ħalliet minn tal-inqas disa’ persuni mejta hekk kif splużjoni ta’ gass ġarfet blokka t’appartamenti.
Iċ-ċkejken imsemmi Ivan instab aktar minn tletin 30 wara t-tiġrif u għamel dawn is-sigħat kollha f’temperaturi taħt iż-żero.
Sa issa għad hemm 32 persuna rrapurtati nieqsa.