Mara ta’ 20 sena li toqgħod Santa Luċija, u tarbija ta’ 10 xhur iddaħħlu l-isptar wara ħabta fi Triq il-Palma f’Raħal Ġdid.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10am meta l-mara, li kienet qed issuq Nissan March, u li magħha kellha tifel ta’ għaxar xhur, ħabtet ma’ karozza Toyota Rav 4 misjuqa minn raġel ta’ 69 sena minn Ħal Tarxien, li miegħu kellu mara ta’ 63 sena – ukoll minn Ħal Tarxien.
Il-mara ta’ 20 sena u t-tarbija ittieħdu l-isptar għall-kura u l-kundizzjoni tagħhom għadha mhijiex magħrufa.
Is-sewwieq ta’ 69 sena ma sofra l-ebda ġrieħi filwaqt li l-passiġġiera li kellu miegħu sofriet ġrieħi ħfief.