Tarbija tat-twelid instabet abbandunata f’park f’Newham fil-Lvant ta’ Londra, f’temperaturi li huma kkunsidrati fost l-aktar kesħin f’din ix-xitwa tant li niżlu taħt iż-żero.
It-tarbija nstabet il-lejl li għadda u ttieħdet l-isptar ta’ Newham. It-tarbija tinsab f’kundizzjoni stabbli.
Il-pulizija Ingliża appellat biex dawk li għandhom informazzjoni dwar dan il-każ jgħadduhielhom biex tgħinhom isibu lil omm it-tarbija.
Il-pulzija qalet li huma mħassba dwar is-saħħa u s-sigurtà tal-mara.
F’appell ieħor indirizzat lejn l-omm biex jiżguraw, il-pulizija ħeġġitha tagħmel kuntatt mal-pulizija jew mal-awtoritajiet tal-isptar lokali jew mat-tabib tagħha.