Manuel Farrugia għandu biss 27 sena, iżda irnexxilu jibni isem għalih innifsu, biżżejjed biex jaħdem bħala artist full time.
Iltqajna miegħu għax ġie ikkummissjonat biex jiddisinja l-artal tal-Għarb. Minn ċkunitu, Manuel kien imur għand iz-zijjiet tiegħu, li huma artisti mix-Xagħra. Beda jiffrekwenta l-bottega tagħhom, u minn hemm bdiet in-namra għall-arti. Gradwa mill-iskola tal-arti, u dejjem sab kummissjonijiet.
Il-proċess biex jagħmel l-artal tal-Għarb beda tliet snin ilu. Id-disinn ġie magħmul bil-lapis l-ewwel. Il-Kapitlu approvah, umbagħad beda xogħol to scale fit-tafal.
Manuel jidher li huwa bniedem li biċċa xogħol ikun irid jagħmilha tajjeb. Tant li l-ewwel mudell ma kienx kuntent bih. “La se jsir, isir sew!” qalilna bl-ikbar serjetà. Spjegalna kif segwa l-proċess mill-internet u kellu parir għal kull artist.
https://www.youtube.com/watch?v=pXhQN5qAFiE