Ir-Repubblikani u d-Demokratiċi għadhom f’taqtigħa għas-Senat Amerikan hekk kif għadhom qed joħorġu r-riżultati tal-elezzjonijiet tal-Kungress. Madanakollu, jidher li r-Repubblikani se jikbsu l-maġġoranza fil-Kamra tar-Rappreżentanti.
Iżda, ir-rebħa kbira li kinu qed jittamaw għaliha l-istrateġisti Repubblikani sfixxat fix-xejn, u fil-fatt, dan ir-riżultat serraħ moħħ il-President Amerikan Joe Biden, li dan l-aħħar ra tnaqqis fil-popolarità tiegħu mal-votanti.
Analiżi tal-istħarriġ tar-riżultati qed jindikaw, li r-Repubblikani naqqsu milli jiksbu l-appoġġ tal-votanti minħabba l-isforzi tagħhom biex jirrestrinġu l-aċċess għall-abort.
Intant, b’reazzjoni għar-riżultati, Biden qal li jum l-elezzjoni huwa wieħed tajjeb għad-Demokratiċi.