Għat-tielet sena konsekkutiva f’Jum San Valentinu, il-Fondazzjoni Marigold imbarkat fuq kampanja edukativa dwar prevenzjoni u is-saħħa tal-qalb. Din is-sena jaħbat ukoll l-għaxar anniversarju min mindu twaqqfet il-Fondazzjoni Marigold.
Il-Kampanja t’Gharfien Kardijaku din is-sena għandha l-għan li teduka lill-pubbliku ġenerali dwar id-differenza bejn attakk tal-qalb u qalb għajjiena. Dan qalu Mr. Robert Xuereb, Cermen u Konsulent tal-Kardjoloġija u membru onorarju tal-Bord tal-Fondazzjoni Marigold li enfasizza l-importanza li nieħdu ħsieb is-saħħa tal-qalb tagħna kif ukoll inkunu attenti għal sintomi li jistgħu jgħinuna nindunaw fil-ħin u x’nistgħu nagħmlu bħala trattament.
Michelle Muscat, Fundatrici u Chair tal-Fondazzjoni Marigold, qalet li f’dan il-jum partikolari meta il-Fondazzjoni qed tiċċelebra l-10 Anniversarju mit-twaqqif tagħha, it-tlett pilastri li fuqhom ġiet imwaqqfa dak tas-saħħa, dak soċjali u dak edukattiv, qed jkunu kollha indirizzati f’din il-kampanja.
Is-Sinjura Muscat qalet li l-Fondazzjoni Marigold temmen fl-avvanz ta’ kull ċittadin f’dan il-pajjiż u fit-titjib tal-ħajja ta’ kulħadd permezz ta’ għarfien, edukazzjoni u servizzi ta’ appoġġ biex b’hekk ikun żgurat li l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli sostnuti min-Nazzjonijiet Uniti jintlaħqu permezz tal-ħidma sfiqa ta’ organizzazzjonijiet volontarji bħal The Marigold Foundation.
Preżenti għal din l-okkażjoni kien hemm Dott. Alice May Moore, Cardiology Resident Specialist, lead tal-Cardio-Oncology, kif ukoll Sheldon Attard u Janet Caruana – Heart Failure Nurses li tkellmu aktar fid-dettal fuq is-sintomi ta’ qalb għajjiena u x’ jista’ wieħed jagħmel biex ikun aktar b’ saħħtu u jippreveni.