Qalbet għall-aħjar it-tarbija tat-twelid li madwar ġimgħa ilu ddaħħlet l-isptar Mater Dei bil-meninġite.
Ħabbar dan il-Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne, f’konferenza tal-aħbarijiet fejn spjega kif it-tifla li għandha ftit aktar minn għoxrin jum, qalbet għall-aħjar.
Id-Direttur Mediku fl-Isptar Mater Dei Walter Busuttil, spjega kif m’hemm l-ebda rabta bejn dan il-każ, il-każ li fih miet tifel ta’ erba’ snin bil-meninġite u dak li tarbija tinsab f’qagħda kritika kawża tas-settiċemija. Busuttil qal li għalekk m’hemm ebda lok ta’ allarm.
Spjega li l-Meninġite hija marda kkaġunata minn mikrobu fil-moħħ waqt li settiċemija, huma mikrobi differenti u ma jittieħdux.
Id-Direttur Mediku fl-Isptar Mater Dei, Walter Busuttil qal “It-tliet każijiet huma kompletament differenti minn xulxin u mhumiex relatati. Ma ġewx u ma għamlux kuntatt flimkien. M’hemmx epidemiji la fl-Isptar Mater Dei u l-anqas fil-pajjiż. Dak kollu li jista’ jsir għal dawn it-tfal qiegħed isir.”