Skont l-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika, bħala medja, ħaddiema full-time jaħdmu 41.3 siegħa u ħaddiema part time jaħdmu 21.2 siegħa fil-ġimgħa. Biex wieħed ikun impjegat full time jrid jaħdem 40 siegħa fil-ġimgħa.
Fl-ewwel kwart tal-2016 kien hemm żieda ta’ 2.6% fl-impjiegi meta mqabbel mal-istess perjodu ta’ sena qabel.
L-ammont ta’ nies b’impjieg ammonta għal 187,171, li huwa aktar minn nofs il-popolazzjoni li għandha ‘l fuq minn 15-il sena.
Kienu 67.7% in-nies attivi fis-suq tax-xogħol, bl-ogħla rata irreġistrata fost nies bejn il-25 u l-54 sena.
Il-paga bażika medja fis-sena għal ħaddiema fl-ewwel kwart tal-2016 kienet €17,086. L-ogħla paga bażika tinsab fis-settur tal-komunikazzjoni u l-informazzjoni. Salarji annwali medji jvarjaw minn €29,279 (fost managers) sa €11,257.
Skont il-Labour Force Survey, 57.8% ta’ dawk li għandhom 15-il sena u aktar għandhom inqas minn ħames O’levels jew kwalifikazzjonijiet simili. Fost dawk li jaħdmu, 26.2% għandhom livell terzjarju ta’ edukazzjoni.