Illejla se nkunu se nreġġgħu l-arloġġ siegħa lura biex naqilbu għall-ħin tax-xitwa.
Iċ-ċaqliq tal-ħin qanqal ħafna diskussjoni fl-aħħar żmien, b’pajjiżi anki fl-Ewropa baqgħu qatt ma qalbu l-ħin.
Hu mistenni li sal-2021 l-Unjoni Ewropea tiddeċiedi dwar iċ-ċaqliq tal-ħin iżda inti x’taħseb?
Fil-programm ONE Breakfast ilbieraħ kien hemm diskussjoni dwar dan anki minħabba għanijiet kummerċjali.