L-ex fabbrika taż-żejt biswit il-korsa tal-golf fil-Marsa kmieni l-ġimgħa filgħodu ħadet in-nar iżda b’xorti tajba ħadt ma weġġa’.
Kienu għall ħabta tas-siegħa neqsin kwart ta’ kmieni dalgħodu meta ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili ssejħu fuq il-post f’dik li kienet il-fabbrika tal-Edible Oil li tipproduċi l-bio diesel.
Filfatt intbagħtu numru kbir ta’ pumpiera minn diversi stazzjonijiet madwar il-pajjiż fosthom numru ta’ uffiċjali.
Il-ħidma kienet waħda diffiċli ferm hekk kif xi materjal fil-fabbrika beda jisplodi hekk kif diġà kien laħaq temperaturi għoljin. Filmat miġbud minn Daniel Borg u li jinsab fuq is-sit one.com.mt juri l-mument x’ħin seħħet waħda mill-isplużjonijiet.
Splużjonijiet li dehru u nstemgħu minn diversi nħawi madwar il-pajjiż.
Filmat: Daniel Borg