Il-Ħamis waranofsinhar waqgħet tagħbija minn fuq trakk li kien qed jinstaq biswit Bieb il-Bombi fil-Furjana.
Minn informazzjoni li kiseb one.com.mt jidher li għal xi raġuni kolonna twila tal-ħadid inqatgħet b’konsegwenza li waqgħet fit-triq. Kawża tal-inċident numru ta’ karreġjati fid-direzzjoni lejn il-Belt Valletta kellhom jingħalqu.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Uffiċjali ta’ Transport Malta mit-taqsima tal-muturi jinsabu fuq il-post sabiex jassistu fl-immaniġjar tat-traffiku sakemm krejn li wasal fuq il-post jerħa jpoġġi t-tagħbija lura fuq it-trakk.