Mara ta’ 44 sena residenti San Ġiljan waqgħet għoli ta’ madwar sular minn gallarija ta’ residenza privata u sofriet xi ġrieħi.
Dan seħħ illum għall-ħabta tal-10:05 fi Triq San Mark, San Ġiljan.
Ambulanza ħadet lill-mara l-Isptar Mater Dei fejn iktar tard ġiet iċċertifikata li minkejja l-ġrieħi gravi, mhix fil-periklu tal-mewt.