Triq il-Parroċċa fin-Naxxar infetħet mill-ġdid għat-traffiku wara li ingħalqet għal xi ħin minħabba siġra li waqgħet fit-triq.
Minħabba dan jidher li għal xi ħin inġema’ xi ftit ta’ traffiku fl-inħawi, iżda ma hemm ebda rapporti ta’ ħsara oħra.
Il-Pulizija qalet li ħadd ma’ weġġa f’dan l-inċident.