Il-Qorti tal-Appell waqqgħet is-sentenza ta’ 12-il sena ħabs li kienet ingħatat lil James Grech ta’ 35 sena.
Grech kien instab ħati li stupra tifla fil-vann wara l-ħin tal-iskola.
Il-Qorti tal-Appell immexxija mill-Imħallef Giovanni Griscti laqa’ l-appell ta’ James Grech hekk kif dan ilmenta li ma ngħatax id-dritt li jsir kontro-eżami tax-xhieda li tat it-tifla permezz tal-videoconferencing.
Il-Qorti nnutat ukoll kif l-allegat vittma hija vulnerabbli.
L-Imħallef Griscti qal li għandhom jittieħdu l-miżuri meħtieġa li l-persuni vulnerabbli jkunu protteti, iżda ntqal li ma jistgħux jitnaqqsu d-drittijiet tad-difiża.
B’hekk l-Imħallef ikkonkluda li s-sentenza tal-Qorti tal-Maġistrati ġiet imħassra u l-każ se jerġa’ jmur għal quddiem il-Qorti għal sentenza ġdida.