Raġel qed isofri ġrieħi gravi wara li waqa għoli ta’ madwar nofs sular f’xaft ta’ garaxx.
Il-każ seħħ għall-ħabta tad-9.30am fi Triq id-Dulliegħ, iż-Żejtun.
Fuq il-post issejħu l-membri tad-protezzjoni ċivili biex jassistu lill-vittma u ambulanza li ħadet lir-raġel l-isptar Mater Dei biex jingħata l-kura meħtieġa.