Raġel ta’ 24 sena mis-Senegal u residenti Birżebbuġa, sofra ġrieħi gravi wara li għal xi raġuni waqa’ ħajt fuqu waqt li kien f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq F. Vidal, is-Swieqi.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-siegħa u nofs tal-Erbgħa wara nofshinar.
Fuq il-post issejħu l-membri tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jassistu lill-vittma u immedjatament issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-aktar kura.
Il-vittma ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.