Persuna ndarab wara li waqgħet gallarija bih fi Triq l-Imrabat f’ Tas-Sliema.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-11.30.
Il-Pulizija tad-Distrett marru fuq il-post, fejn minn investigazzjonijiet preliminari rriżulta li Serb ta’ 32 sena, kien qed jagħmel xi xogħolijiet f’gallarija, meta għal xi raġuni din ċediet u r-raġel waqa’ għoli ta’ madwar sular.
Is-Serb ittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura, fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
Il-pubbliku huwa nfurmat li Triq l-Imrabat bħalissa tinsab magħluqa għat-traffiku.
Aktar dettalji malli jaslulna.