Persuna waqgħet fuq il-blat f’Paradise Bay għal xi raġuni li għadha mhix magħrufa.
Immedjatament issejħet l-assistenza tal-Forzi Armati ta’ Malta.
ONE News jinsab infurmat li l-persuna qed issofri minn ksur f’partijiet diversi ta’ ġisimha. Din ittieħdet l-isptar Mater Dei.
Il-vittma hija ta’ nazzjonalità barranija.
Aktar dettalji malli jaslulna.