Omm iż-żgħażugħa Ingliża li nstabet ħatja li gidbet dwar stupru li allegat li sar f’Ċipru minn 12-il raġel Iżrealjan qed tappoġġja s-sejħiet biex it-turisti jibbojkottjaw Ċipru bħala destinazzjoni għal btala tagħhom.
Il-mara stqarret mal-midja Ingliża li Ayia Napa, l-post li kienet it-tifla tagħha, mhuwiex sigur. Dan qalitu wara li bintha nstabet ħatja li għamlet dikjarazzjoni falza. Iżda, ż-żgħażugħa qed tisħaq illi l-pulizija Ċipriotta ġegħlitha tati dikjarazzjoni falza dwar l-inċident, il-pulizija ċaħdu din l-allegazzjoni.
L-omm kompliet tgħid li hija temmen li l-esperjenza li għaddiet minnha bintha mhuwiex każ iżolat. Hija temmet tgħid illi l-awtoritajiet jgħaddu biż-żmien dak li jkun jekk jirrappurtaw inċidenti simili.