Bulgara li xahar li għadda ġiet ikkundannata sittax-il xahar ħabs wara li ammettiet li serqet kartiera bi €300 ta’ xufier tal-linja appelat mis-sentenza.
Hija wettqet dan il-kaz ftit tal-ħin wara li waslet Malta mill-Bulgarija. Il-Bulgara li qed tistenna tarbija , qed tgħid li hija ammettiet għall-akkuza li ma wettqitx għax filfatt is-serqa ma saritx minħabba li x-xufier induna li kenet se tisirqu.
Fl-appell li resqet il-mara qed tgħid li b’attentat ta’ serq setgħet teħel piena ferm inqas. L-avukati tal-Bulgara urew it-tħassib tagħhom għal għajnuna legali li ngħatat l-Bulgara meta tressqet f’Awissu. L-avukati qalu li l-istat qed jonqos milli jissodisfa l-obbligi tiegħu li jipprovdi assistenza legali effettiva għal persuni li m’għandhomx mezzi biex iqabbdu avukat.