Il-pandemija wrietna li jekk ikollok Gvern b’saħħtu huwa ta’ vantaġġ biex tirrispondi għaliha.
Dan kien il-messaġġ mirqum li kitbet mart il-Prim Ministru Dr Lydia Abela f’artiklu fuq il-Maltatoday.
Sena minn mindu żewġha ħa l-ġurament ta’ Prim Ministru ta’ Malta, Lydia Abela qalet li wara sena ta’ sfidi għandna nistennew żminijiet isbaħ.
Staqsiet, “X’kien jiġri kieku ma kellniex servizz tas-saħħa b’xejn, kieku l-qasam tas-saħħa ma kellux ir-riżorsi neċċessarji?
“The pandemic has also made it clear that having good, well-resourced public services is key. Imagine what would have happened if our public health system was not free and did not have all the resources it needed. We would have seen income inequality being reflected most starkly also in health inequality.”
“Immaġina kieku minflok il-Gvern għen lin-negozji, qagħad gallarija u ma għamel xejn. Kemm negozji kienu jsalvaw minn dan iż-żmien ta’ sfida bla preċedent?”
“Imagine if instead of helping firms actively, Government had simply stepped aside. How many firms would have survived?”
Staqsiet b’mod pertinenti fl-artiklu tagħha Dr Lydia Abela.
Hawnhekk qalet li s-sena elfejn u għoxrin urietna tabilħaqq li l-istat mhuwiex xi ħaġa astratta li ma tidhirx iżda huwa l-akbar ħajt tal-kenn li għandna.
Huwa għalhekk li rridu nżommu l-isforzi magħqudin tagħna ħalli flimkien nerġgħu nsaħħu l-andament ekonomiku f’pajjiżna.
“2020 showed us the State is not an abstract thing. It is our strongest line of defence. By grouping our individual strength, it makes us unbeatable. We have to make sure that we keep it as well-resourced as possible and together rebuild its financial strength.”
Lydia Abela sostniet li din is-sena għandha tkun l-ewwel sena għal bidla gradwali.
Qalet li l-pandemija wrietna li flimkien nistgħu nagħmlu bidliet żgħar ta’ benefiċċju fosthom għall-ambjent.
Il-kwistjoni tat-tibdil fil-klima turina li jeħtieġ nagħmlu l-istess.
Qalet li s-sena l-oħra ġagħlitna nifhmu aħjar lil min qed ibati għaliex huwa vittma ta’ vjolenza domestika, tas-solitudni u anki tal-faqar.
Dawn it-temi soċjali wasluna għal aktar ħidma fost il-komunitajiet u din il-ħidma trid tibqa’ għaddejja.
“Qed ifeġġ dawl ġdid, ejja nħalluh jurina żmien aħjar”, qalet Lydia Abela fi tmiem l-artiklu tagħha.