Tistgħu tidħlu google u tfittxu dwar Malta.
L-appell tal-President tar-Repubblika lil tfal li għandhom dixxendenti tagħhom Maltin.
Fil-fatt meta ssoktat bi żjara tagħha fl-Awstralja l-President Marie Louise Coleiro Preca tkellmet dwar ir-rabta li trid tibqa’ tara ma’ pajjiżna.
Fil-LA Valette Social Centre l-President tkellmet ma’ dawn it-tfal u adolexxenti Maltin, iżda wkoll mal-ġenituri u n-nanniet.
Il-President indirizzat ukoll folla ta’ madwar ħames mitt persuna mill-komunita Maltija. Qalet li Malta se tħoss dejjem in-nuqqas tagħhom u li Malta tibqa’ dejjem id-dar tagħhom anke jekk il-bogħod.
Il-President mistennija tkompli bil-programm tagħha b’iktar laqgħat ma’ Maltin Awstraljani.