Il-Kummissjoni Ewropea qed tirrakomanda lill-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea sabiex iwaqqfu b’mod temporanju l-ivjaġġar minn u lejn l-Afrika t’Isfel.
Dan fid-dawl li feġġ varjant ġdid li qed jitqies perikoluż.
Il-President tal-Kummissjoni Ewopea Ursula von der Leyen qalet kif dan il-pass mistenni jnaqqax it-tixrid ta’ dan il-varjant.
Intant appellat ukoll lil dawk li se jirritornaw mir-reġjuni msemmija, sabiex jirrispettaw ir-regoli ta’ kwarantina stretta.