Nhar il-Ġimgħa filgħaxija fil-Korsa del Mediterraneo f’Siracusa se ssir l-aħħar tappa tal-Kampjonat tal-Mediterran fejn ir-rappreżentant Malti se jkun is-sewwieq Għawdxi Julian Farrugia.
It-tiġrija hija s-seba’ waħda fil-programm u mistennija titlaq fis-17:50. Din hija fuq distanza ta’ 1600 metru fejn għandha premju totali ta’ €4180. Farrugia se jitlaq bin-numru 1 biż-żiemel Stevemcqueen Treb.
Malta bħalissa tinsab fit-tieni post tal-klassifika ġenerali 4 punti taħt Franza u 5 punti aktar mill-Italja. Din it-tiġrija finali ġġorr magħha punti doppji għalhekk kollox jiddependi mill-prestazzjoni ta’ kull sewwieq.