Il-Bank of Valletta qed jerġa’ jniedi l-kampanja Tap & Win għall-Karnival! Klijenti tal-BOV li jħallsu t-traġitt bejn Malta u Għawdex b’kartiera diġitali (Google Wallet, Apple Pay jew Garmin Pay) jidħlu awtomatikament biċ-ċans li jirbħu €50 li jiġu akkreditati fil-kont tagħhom.
Il-kampanja tgħodd għal ħlasijiet fuq Gozo Channel u Gozo Highspeed bejn 28 ta’ Frar u 5 ta’ Marzu 2025. Ir-rebbieħa jitħabbru fil-13 ta’ Marzu u jirċievu l-premju tagħhom sa tmiem ix-xahar.
Għal aktar dettalji u t-termini, żur: www.bov.com/carnival-promotion-tcs.