Kwart tal-popolazzjoni Ewropea bejn l-etajiet ta’ sittax u ħamsa u sittin sena huma affetwati b’xi tip ta’ kundizzjoni mentali. Madanakollu minkejja li kull ma’ jmur, dan it-tip ta’ mard aktar qed isir komuni l-istigma warajh hija kbira. Tant hi kbira li ħafna jirrifjutaw li jfittxu l-għajnuna għax jibżgħu li jiġu ttimbrati għal għomorhom.
Id-Dipartiment tas-Saħħa Mentali fi ħdan l-Università ta’ Malta u l-kampanja #STOPSTIGMA se jtellgħu attività b’xejn bil-għan li tinħoloq aktar kuxjenza dwar persuni affetwati bil-mard mentali.
This Is Me, hija serata mużiko letterarja li se tittella’ fit-teatru tal-Universita ta’ Malta fejn permezz tal-mużika u letteratura diversi artisti u poeti se jkunu qed iwasslu kanzunetti u messaġġi bil-għan li jkattru l-kuxjenza dwar il-mard mentali. Fost dawn l-artisti hemm il-kantant Fabrizio Faniello.
Jekk tixtieq tirriżerva post għal din l-attività, agħfas hawn. Taħsibiex darbtejn għax il-postijiet huma limitati.