Żagħżugħ ta’ 23 sena minn Ħal Qormi qed isofri minn ġrieħi ħfief wara li waqa’ għall-fuq l-pelletiser tal-ħadid .
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-18:00 tat-Tnejn filgħaxija fi Triq il-Feniċi meta għal xi raġuni ż-żagħżugħ waqa’ minn fuq kontejner waqt li kien qiegħed iħott xi tankijiet.
Kien hawn li ż-żgħażagħ indarab wara li waqa’ għall-fuq l-pelletiser tal-ħadid li jintuża fil-ġarr ta’ oġġetti tqal.
Fuq il-post issejħet l-għajnuna tal-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kif ukoll ambulanza li ħadet liż-żagħżugħ l-isptar.
Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.
Il-Pulizija qed tinvestiga l-każ.