Brian Tonna, Karl Cini, Manuel Castagna u Katrin Bondin Carter tpoġġew taħt att ta’ akkuża wara li tressqu biżżejjed provi fil-konfront tagħhom.
Waqt il-kumpilazzjoni fil-konfront tal-erba’ akkużati, xehdu diversi uffiċjali tal-pulizija u uffiċjali mill-banek li ppreżentaw x’sabu fil-kontijiet u t-trasferiment ta’ flus involuti fihom l-akkużati.
L-uffiċjali tal-Pulizija semmew kif kien hemm tranżazzjonijiet ta’ eluf u anki miljuni ta’ ewro.