Rumena ta’ 41 sena ġiet ikkundannata 15-il xahar ħabs wara li ammettiet li serqet lil għoxrin persuna differenti permezz ta’ pickpocketing.
Fil-Qorti, l-imputata ġiet mixlija li serqet aktar minn sebat elef ewro u oġġetti oħrajn fuq medda ta’ ġimagħtejn biss mill-bwiet tan-nies f’Ġunju li għadda, waqt li dawn kienu fi ħwienet fl-akwati ta’ Burmarrad, San Pawl il-Baħar, l-Imdina u l-Belt Valletta.
Il-Prosekuzzjoni spjegat li l-imputata nqabdet fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta ftit qabel ħalliet il-pajjiż.
Jirriżulta li l-barranija kkoperat bis-sħiħ mal-Pulizija u, għalkemm fil-bidu tal-kawża ċaħdet l-akkużi, ftit wara ammettiet l-akkużi miġjuba kontriha.
Minbarra s-sentenza ta’ ħabs, il-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Kevan Azzopardi, odnatilha wkoll biex tirritorna l-oġġetti kollha misruqin.