Tfajla ta’ 29 sena qed tinżamm arrestata fit-Taqsima Forensika fl-Isptar Monte Carmeli wara li ammettiet fil-qorti li serqet prodotti tal-ħasil lhiema oġġetti jammontaw għal total ta’ 70 ewro. Il-każ seħħ fi Frar illi għadda f’ħanut li jinsab f’San Ġwann.
Minkejja li l-każ seħħ kważi xaharejn ilu, l-Prosekuzzjoni saħqet fil-Qorti li dan seħħ minħabba li Leanne Chalbi ma kellhiex indirizz fiss u għalhekk kienet aktar diffiċli għal pulizija sabiex isibuha.
Il-Qorti oġġezzjonat it-talba tad-difiża sabiex tingħata l-liberta’ proviżorja. Malli l-imputata ġiet mgħarfa dwar dan, hija minnufih marret fuq il-pedana tax-xhieda u bl-leħen imbikkem talbet lill-Maġistrat Claire Stafrace Zammit sabiex ma tinżammx arrestata sabiex ma tinżammx arrestata biex tibqa’ tieħu ħsieb lill-uliedha.
Il-Maġistrat staqsiet lill-imputata minfejn kienet ser tħallas għall-oġġetti li hija serqet, madanakollu ma kienitx konvinta mill-verzjoni tal-akkużata. Kien f’dan il-punt li kemm il-Maġistrat kif ukoll il-prosekuzzjoni fehemu lill Leanne Chalbi li għalissa ser tinżamm arrestata sabiex tkun tista’ tingħata l-għajnuna li hemm bżonn fosthom sabiex tegħleb il-vizzju tad-droga.
Dan hekk kif fil-Qorti deheret viżibilment mhux f’sikkitha u fl-istess waqt jipprevenuha milli tkompli tidħol f’aktar inkwiet.