Daniela Tranchino, ta’ ħamsa u erbgħin sena mill-Gżira, ammettiet li serqet ċurkett tad-deheb minn ħanut tal-ġojjellerija mill-Belt waqt li kienet fuq probation.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-Qorti, immexxija mill-Maġistrat Yana Micallef Stafrace, semgħet kif il-mara għaddejja minn problemi relatati mal-vizzju tad-droga.
Il-Qorti laqgħet it-talba għall-ħelsien mill-arrest duq garanzija personali ta’ ħamest elef ewro u kif ukoll li tiffirma darbtejn fil-ġimgħa fl-eqreb Għassa.