Mary Alison Galea ta’ 38 sena ngħatat sentejn ħabs sospiżi għal tliet flimkien ma’ multa ta’ €1,500 wara li ammettiet li kienet qed tmexxi burdell f’post li sippost kellu jkun ħanut tal-massaġġi fl-Imsida.
Galea tressqet il-Qorti taħt arrest quddiem il-Maġistrat Audrey Demicoli akkużata li kienet qed tgħix mill-qligħ tal-prositutzzjoni, li kienet qed tippermetti proprjetà tintuża bħala burdell u li impjegat peruni ta’ nazzjonalità barranija li ma kellomx permess li jaħdmu.
Kien għalekk li l-Qorti tat sentenza sospiża u multa wara li l-akkużata ammettiet għall-akkużi miġjuba fil-konfornt tagħha.