Mara ta’ sebgħa u tletin sena minn Ħaż-Żabbar ingħatat il-ħelsien mill-arrest wara li ammettiet li heddet żewġ gwardjani lokali.
Irriżulta li l-gwardjani lokali waqqfu lill-Marouska Camilleri wara li nnutaw li fis-seat ta’ wara tal-karozza li kienet qiegħda ssuq kellha żewġt itfal li ma kinux libsin iċ-ċintorin tas-sigurtà.
Kien hawn li l-mara heddet lill-gwardjani lokali b’injama li kellha magħha fil-karozza.
Fil-Qorti, il-mara ammettiet l-akkużi miġjubha kontrieha u skużat ruħha ta’ għemilha.
Filwaqt li kien ordnat li jitħejja pre-sentencing report, il-mara ingħatat il-ħelsien mill-arrest fuq garanzija personali ta’ elfejn ewro, u bil-kundizzjoni li tiffirma darba fil-ġimgħa fl-għassa ta’ Ħaż-Żabbar.