Priġunier li fl-aħħar jiem prova jneħħi ħajtu b’idejh, qiegħed jinżamm ħaj permezz tal-magni sakemm l-organi tiegħu jingħataw donazzjoni fuq deċiżjoni tal-familja. B’hekk dik li kienet traġedja fil-ħabs, nibtet tama ġdida għal dawk li se jkunu qed jgħixu grazzi għal din id-donazzjoni.
L-awtopsja se tkun qed issir aktar tard.
Il-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin tgħaddi l-kondoljanzi tagħha lill-qraba tal-persuna.