Uffiċjal għall-Ħamas qal li qed jistenna li jintlaħaq ftehim għall-waqfien mill-ġlied bejn il-militanti fl-Iżrael u fil-Gaża fi żmien ġurnata jew tnejn, fi sfond ta’ attakki kontinwi li ma qatgħu xejn.
Minkejja dan ir-raġġ ta’ dawl, il-Prim Ministru Iżraeljan, Benjamin Netanyahu, qal li jinsab determinat li jkompli bil-ġlied sakemm iċ-ċittadini fl-Iżrael jerġgħu lura għall-paċi u sigurtà.
Kmieni l-Ħamis, saru aktar minn mitt attakk mill-ajru mill-Iżrael fuq l-infrastruttura fin-naħa ta’ fuq ta’ Gaża.
Il-militanti Palestinjani rritaljaw b’rokits sparati lejn l-Iżrael.
Mal-mitejn u tletin persuna, fosthom mija li kienu nisa u tfal, inqatlu f’Gaża mindu intensifikaw l-attakki bejn iż-żeġw naħat. Fl-Iżrael mietu tnax-il persuna, inkluż żewġt itfal.