It-tama li jitwaqqaf il-ġlied mhix waħda kbira, dan hekk kif illum għal darb’oħra se jerġgħu jiltaqgħu d-delegazzjonijiet Russi u Ukreni, li wara ġimagħtejn se jerġgħu jiltaqgħu wiċċ imb wiċċ.
Id-delegazzjoni qed tiltaqa’ f’Istanbul it-Turikija.
Il-President tat-Turkija Recep Tayyip Erdogan tkellem mal-President Russu Vladimir Putin, fejn ħeġġu biex iwaqqaf il-ġlied. Erdogan qal li ilu jisħaq sabiex pajjiżu jkun il-medjatur ewlieni f’dan il-mument bejn ir-Russja u l-Ukrajna.
Dan filwaqt li l-President Ukren Volodymyr Zelensky qal li hu lest li jikkunsidra n-newtralità, jiġifieri li ma jkun alleat militrament ma’ ħaddieħor, biss dan isir wara referendum jew l-irtirat tat-truppi Russi mill-Ukrajna.