Jekk għadek ma tellajtx ir-ritratt tiegħek, il-Malta Public Transport tfakkar li wieħed jista’ jagħmel dan billi juża dan il-link biex ittella’ r-ritratt: https://www.publictransport.com.mt/en/temporary-card.
Jekk diġà tellajt ritratt tiegħek, jew diġà għaddejt ritratt tajjeb b’mod ieħor, issa tista’ tiġbor it-tallinja card il-ġdida bir-ritratt tiegħek mill-Istitut Kattoliku bejn is-07:00 u s-19:00 sal-24 ta’ Ġunju, ħlief fi tmiem il-ġimgħa.
malta public Transport avżat li wieħed ikollu jieħu miegħu l-Karta tal-Identità jew il-passaport u t-tallinja card bla ritratt. Jekk għandek xi kreditu fuq it-tallinja card ta’ bla ritratt, dan jiġi trasferit awtomatikament fit-tallinja card il-ġdida.
Jekk ma tkunx tista’ ttella’ r-ritratt tiegħek, xorta għandek bżonn tmur l-Isititut Kattoliku fid-dati t’hawn fuq biex l-uffiċjali jieħdu kopja tar-ritratt tiegħek minn fuq Karta tal-Identità jew il-passaport.
Jekk tgħix Għawdex, tista’ tbiddel it-tallinja card mit-ticket booth li tinsab fil-venda tar-Rabat.