Xi kultant, ta’ bnedmin li aħna, ma nagħtux każ l-affarijiet żgħar pożittivi li jiġru madwarna.
Bħal meta xi ħadd iħallik taqleb il-karreġjata waqt li tkun qed issuq, jew meta toħroġ barra mill-bieb u ssib it-triq nadifa.
Fuq is-sit soċjali Facebook, raġel iddeċieda jħalli messaġġ ta’ ringrazzjament lil raġel li ta’ kull nhar t’Erbgħa jgħaddi minn Triq il-Mazzola f’San Pawl il-Baħar u jagħmel xogħol siewi.
L-istess raġel qal li kull darba li jarah għaddej, joffrilu x-xarba favorita tiegħu u bi tbissima u umiltà dan ir-raġel jirringrazzjah tal-ġest sabih li jagħmel miegħu.
Bosta persuni kkummentaw taħt l-istess messaġġ fejn qablu ma’ dak li kien qed jingħad, hekk kif mhux l-ewwel darba li dan ir-raġel imur inaddfilhom it-triq. Uħud ikkummentaw ukoll dwar kif kellu bżonn ikollhom wieħed bħalu fit-toroq tagħhom.