Mara li kienet fetħet proċeduri legali kontra Jeffrey Epstein, issa fetħet proċeduri legali kontra l-Prinċep Andrew.
Hija qed tallega li l-prinċep Ingliż abbużaha sesswalment, meta kellha biss sbatax-il sena.
Dawn il-proċeduri legali nfetħu fl-istess Qorti, fejn Epstein kien akkużat bi traffikar uman għal skopijiet sesswali.
L-akkużi fil-konfront ta’ Epstein tressqu xahar qabel qatel lilu nnifsu f’Awwissu ta’ sentejn ilu.
Il-mara fi stqarrija qalet li hija qed iżżomm responsabbli lill-Prinċep Andrew ta dak kollu li għamlilha.
Hija żiedet tgħid kif in-nies ta’ poter xorta waħda huma l-istess quddiem il-ġustizzja.
Il-Prinċep Andrew ċaħad dawn l-allegazzjonijiet.