B’qalb imnikkta hekk kif familtha ġarrbu telfa mhux mistennija, dik ta’ ġuvni ta’ għoxrin sena, membru mill-familja Briffa qasmet il-weġgħa tagħha fejn allegat li saru jafu li ħaddiema li kienet taħdem fil-ħanut tal-ġenituri ta’ dan il-ġuvni, inqabdet tisirqilhom il-flus.
Hi allegat kif huma fdaw il-ħanut f’idejn nies li ilhom jaħdmu magħhom u ndunaw li kienet qed tisirqilhom €200 kuljum waqt li familthom għaddejja minn maltemp.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Sostniet kif ma tafx kif bniedem jista’ jkun daqshekk mingħajr rispett, hekk kif familtha kienet għaddejja minn żmien ħażinu kienu għadhom lanqas difnu lil binhom.