Mara rrakkontat kif waqt li kienet qed tiekol f’ristorant f’Għajn Tuffieħa, spiċċat rat xena xokkanti u diżgustanti li qatt ma stenniet.
Dan hekk kif waqt li kienet qed tiekol hi allegat li qattusa li kellha biss tliet xhur bdiet iddur madwar il-mejda tagħhom, u proprju f’dak il-mument anzjana li kienet fil-qrib għamlet sinjal lil anzjan ieħor, bir-raġel allegatament ikeċċi lil qattus u segwiha sa taħt l-istabbiliment.
Hi allegat li l-anzjan beda jsawwat lill-qattusa sakemm qatilha, b’żewġt imwejjed turisti li kienu fuq il-post spiċċaw iwerżqu u jippruvaw iwaqqfuh.
Il-mara spjegat kif hi rrapportat dan kollu mal-waiter, li qalilha li kellem lill-manager dwar dan il-każ iżda allegat li l-manager ma għamel xejn dwar dan ħlief li poġġew biċċa fuq il-qattusa l-mejta.